Merħba fis-sit tal-ACT-AI Academy!
Dan il-proġett innovattiv għandu l-għan li jistabbilixxi Akkademja pan-Ewropea ffokata fuq l-integrazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fl-edukazzjoni.
European Academy for Teachers’ skills and competences development for an effective AI Integration in education.
Dwar il-proġett
L-Akkademja Ewropea għall-Iżvilupp tal-Ħiliet u l-Kompetenzi tal-Għalliema għal Integrazzjoni Effettiva tal-IA fl-Edukazzjoni (ACT-AI Academy) huwa proġett Erasmus+ li għandu tul ta’ 36 xahar, minn April 2025 sa Marzu 2028.
Bħala proġett ACT-AI Academy għandu l-għan li jistabbilixxi akkademja pan-Ewropea għal studenti li qed jitħarrġu biex isiru għalliema, għalliema fis-servizz u mexxejja tal-iskejjel, b’enfasi fuq it-taħriġ u l-iżvilupp ta' kompetenzi biex jużaw l-intelliġenza artifiċjali b’mod effettiv u etiku fil-kuntest edukattiv, kif ukoll bħala parti mill-impenn professjonali tagħhom. Barra minn hekk, il-proġett għandu l-għan li jqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji tal-IA biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni u jiġi appoġġat l-iżvilupp sħieħ tal-istudenti, filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u etiċi. Dan jipprova jżid il-kuxjenza fi ħdan il-komunità edukattiva u jippromwovi suġġerimenti biex tiġi żgurata integrazzjoni responsabbli u ġusta tal-IA fl-edukazzjoni.
Objettivi
L-objettivi speċifiċi tal-proġett huma:
- SO1: Tissaħħaħ il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kompetenzi tal-imsieħba, l-iskambju ta’ għarfien u jiġi promoss l-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet edukattivi. Barra minn hekk, jintuża l-għarfien espert għall-apprendiment konġunt u l-iskambju tal-aħjar prattiċi. Jiġu involuti direttament numru sostanzjali ta’ mexxejja edukattivi, dawk li jfasslu l-politika, u professjonisti.
- SO2: Tiġi żviluppata Akkademja li toffri strateġiji pedagoġiċi bbażati fuq l-evidenza u li tintegra l-IA fil-prattiċi edukattivi.
- SO3: Bini fuq oqfsa eżistenti u inkorporazjoni ta' litteriżmu u kompetenzi fl-IA.
- SO4: Jiġi żviluppat permezz ta’ parteċipazzjoni u jiġi ttestjat programm ta’ taħriġ li juża metodi ta’ tagħlim fiżiku, imħallat u virtwali f’forma ta’ mikro-tagħlim, b’adozzjoni tal-prinċipji tal-UDL sabiex tiġi żgurata l-aċċessibilità għal tipi differenti ta’ studenti.
- SO5: Tiġi maħluqa pjattaforma diġitali tat-tagħlim u librerija diġitali dwar l-IA.
- SO6: Jiġi pprovdut taħriġ f’formati differenti (fiżiku, imħallat, virtwali), sabiex jiġu indirizzati preferenzi varji fit-tagħlim.
- SO7: Jiġu organizzati attivitajiet ta’ networking u mobilità sabiex jiġi promoss l-iskambju ta’ għarfien.
- SO8: Jiġu adottati metodi ibbażati fuq evalwazzjoni, u tinħareġ white paper dwar il-metodoloġija u r-riżultati.
- SO9: Tiġi żgurata d-disseminazzjoni permezz ta’ attivitajiet, pubblikazzjoni ta’ artikli xjentifiċi, policy briefs, u l-użu tal-pjattaforma diġitali. Jiġi żviluppat netwerk fost l-imsieħba edukattivi.
Work Pagkages (WP)
Il-proġett jinkludi 7 Work Packages
- WP1: Immaniġjar u koordinazzjoni tal-proġett.
- WP2: Qafas kunċettwali tal-ACT-AI.
- WP3: Żvilupp ta’ programm ta’ taħriġ modulari ACT-AI għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-għalliema.
- WP4: Ambjent diġitali tat-tagħlim ACT-AI.
- WP5: Implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ taħriġ ACT-AI b’approċċ ta’ mikro-tagħlim.
- WP6: Skambju ta’ prattiċi u esperjenzi fuq livell internazzjonali – networking.
- WP7: Disseminazzjoni, impatt u rakkomandazzjonijiet ta’ politika.
Gruppi fil-mira
L-ACT-AI Academy jiffoka fuq:
Studenti li qed jistudjaw biex isiru għalliema, li jinkludu studenti ta’ l-ewwel grad universitarju u dawk tal-aħħar li jkunu qed jagħmlu apprendistat u li qed jippreparaw biex jidħlu fil-professjoni tat-tagħlim
Għalliema fis-servizz u persunal edukattiv, li diġà qed jaħdmu fl-iskejjel u qed ifittxu li jtejbu l-ħiliet tagħhom fl-użu effettiv u etiku tal-IA
Mexxejja tal-iskejjel, li għandhom rwol kruċjali fl-iffurmar tad-direzzjoni strateġika tal-adozzjoni tal-IA fl-istituzzjonijiet edukattivi
Lil hinn minn dawn il-gruppi ewlenin, il-proġett jidentifika diversi benefiċjarji ewlenin li jistgħu jsaħħu l-impatt tiegħu: Multiplikaturi u stakeholders, bħall-letturi, dawk li jħarrġu l-għalliema, awtoritajiet skolastiċi, assoċjazzjonijiet, unjonijiet tal-għalliema, ministeri, u kunsilli lokali, li jistgħu jużaw ir-riżultati tal-ACT-AI biex jippromwovu għażliet innovattivi biex jissaħħu l-kompetenzi diġitali tal-għalliema u titjieb il-politika u l-prattika fil-formazzjoni tal-għalliema madwar l-Ewropa.
Professuri universitarji se jibbenefikaw ukoll billi jespandu l-għarfien tagħhom, jiksbu opportunitajiet għall-iskambju ta’ għarfien, u jkollhom aċċess għal toroq ġodda ta’ riċerka fl-IA u l-edukazzjoni.